Imut it-terrorist Jalaluddin Haqqani wara marda twila

    It-terrorist Jalaluddin Haqqani, li huwa wkoll il-fundatur tan-netwerk terroristiku Haqqani, miet illum wara marda twila. Jalaludin Haqqani kien responsabli għall-attakki teroristiċi fuq stabbilimenti Indjani fl-Afghanistan. F’wieħed minn dawn l-attakki fl-2008 fl-ambaxxata Indjana ta’ Kabul inqatlu mill-inqas 58 persuna.

    In-netwerk terroristiku Haqqani kien wettaq diversi attakki oħrajn fosthom fi swieq, ambaxxati, u anke saħansitra fil-binja tal-Parlament Afghan. Il-binja tal-Parlament kienet inbniet bl-għajnuna tal-Indja.

    Haqqani kien ukoll ministru fil-Gvern tat-Taliban meta t-terroristi ta’ Lashka-e-Taiba kienu ħatfu titjira tal-linja tal-ajru Air India li kellha ttir minn Kathmandu fin-Nepal għal Lucknow.

    It-Taliban ħabbar il-mewt ta’ Haqqani mingħajr ma taw dettalji dwar il-post fejn miet.