Għaqda tipprotesta b'rużarju kontra l-Gay Pride

    L-għaqda li ssejjaħ lilha nnifisha ‘Soċjetà Maltija għal Ċivilità Nisranija’ se tkun qiegħda torganizza dimostrazzjoni fil-Belt bħala reazzjoni għall-Gay Pride.

    Hija qiegħda tirreklama din l-attività bħala ‘rosary rally ta’ riparazzjoni lil Alla għall-Malta Gay Pride 2018 u l-aġenda tal-LGBT'. Fuq il-poster li qiegħed idur fuq Facebook jidhru ritratt ta’ statwa tal-Madonna u żewġ gays lebsin ilbies taż-żwieġ.

    Din id-dimostrazzjoni se tkun qiegħda ssir nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Settembru u mistennija tibda fis-7.30 p.m.