Eluf ta' Russi jinżlu jipprotestaw kontra r-riforma fil-pensjonijiet

    Eluf ta’ Russi niżlu fit-toroq madwar il-pajjiż jipprotestaw kontra pjani tal-Gvern biex jgħolli l-età tal-pensjoni. F’Moska kien hemm waħda mill-akbar dimostrazzjonijiet li kienu organizzati. madankollu dimostrazzjonijiet oħrajn żvolġew ukoll fi Vladivostok u fil-bliet Siberjani ta’ Barnaul u Novosibirsk.

    L-NGO “White Counter” qalet li għad-dimostrazzjoni ta’ Moska attendew xejn inqas minn 9,000 persuna, madankollu l-pulizija qalu li ċ-ċifra kienet aktar tqarreb lejn is-6,000 dimostrant.

    Madankollu l-eluf ta’ persuni li niżlu jipprotestaw jindikaw in-nuqqas ta’ popolarità tal-miżuri proposti. Stħarriġ jindika li mad-90% tar-Russi jopponu l-introduzzjoni ta’ tali proposti. Il-popolarità tal-President Russu Vladimir Putin ukoll naqset b’madwar 10% mindu kien ħabbar il-proposti fir-riforma tal-pensjonijiet.