Splużjoni f’raffinerija fil-Bavarja

    Xejn inqas minn 2,000 persuna kellhom ikunu evakwati u 10 persuni ndarbu fi splużjoni f’raffinerija fil-Bavarja. Il-Pulizija qed tinvestiga x’wassal għall-isplużjoni.  Biex intfew in-nirien kien hemm xejn inqas minn 600 ħaddiem tat-tifi tan-nar.

    Il-pulizija qalet li n-nirien infirxu b'ritmu mgħaġġel wara li nstemgħet splużjoni ġejja mir-raħal ta' Vohburg an der Donau. Daħna kbira kienet innutata minn mili 'l bogħod u minkejja li ħafna familji kienu evakwati bħala prekawzjoni, aktar tard testijiet li saru kkonfermaw li r-raħal kien sigur biżżejjed biex dawn jirritornaw lura lejn djarhom