Dalgħodu bdew jaslu ċ-ċekkijiet tal-benefiċċju l-ġdid għand il-ħaddiema

    Eluf ta’ ħaddiema Maltin u Għawdxin is-Sibt filgħodu bdew il-ġurnata b’aħbar tajba u dan hekk kif mal-posta rċevew ċekk ta’ bejn €40 u €68 fi ħlas lura ta’ taxxa.

    Din il-miżura tħabbret mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna u mistennija tħalli €11.4 miljun fil-bwiet ta’ aktar minn 200,000 ħaddiem li jaqilgħu sa €60,000.

    Din il-miżura li bdiet titwettaq fl-ewwel sena tal-leġislatura wara li ġiet imħabbra fl-aħħar baġit ġiet deskritta mill-Prim Ministru Joseph Muscat bħala waħda li l-għan tagħha hu li tkompli tnaqqas it-taxxi għall-familji.