Anki tazza waħda inbid hi ħażina

    Studju dwar ix-xorb alkoholiku madwar id-dinja qed iwissi li anke taxxa waħda ta’ inbid jew tazza birra f’xi okkażjoni tista’ iżżidlek iċ-ċansijiet ta’ mard jew li tmut qabel iż-żmin.

    Fl-istudju tagħhom ix-xjentisti qalu li m’hemm ebda livell sigur ta’ alkohol.  Il-konsum tal-alkohol wassal għal xejn inqas minn tliet miljun mewt prematura fis-sena 2016.  

    Riċerka pubblikata fil-ġurnal mediku ‘The Lancet’  sab li l-konsum tal-alkohol kien ir-raġuni ta’ ħafna imwiet ta’ persuni fl-etajiet ta’ bejn 15 u 49 sena.  L-awtur tal-istudju Emmanuela Gakidou,  qalet li “riskji fuq is-saħħa assoċjati mal-alkohol huma enormi”.