Il-Pulizija Olandiża tispara fuq l-aggressur li ħalla tnejn midrubin fi stazzjon tal-ferrovija f'Amsterdam

    Żewġ persuni indarbu b’daqqiet ta’ sikkina f’każ li żvolġa fl-istazzjoni ewlieni tal-ferrovija f’Amsterdam.

    Il-pulizija Olandiża qalet li sparat fuq is-suspettat aggressur u li dan indarab fil-post. Hija żiedet tgħid li l-motiv wara dak li seħħ għadu mhux magħruf u li tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

    B’kollox kien hemm tliet persuni li ttieħdu l-isptar u xi servizzi kellhom jiġu sospiżi minħabba dan l-inċident.

    Huwa kkalkulat li madwar 250,000 passiġġier jgħaddu mill-imsemmi stazzjon kuljum.