Terremot ta' qawwa 5.0 fil-Greċja ; Rapporti ta' ċedimenti tal-art

    Terremot ta’ qawwa 5.0 fuq l-iskala Richter heżżet żona 31 kilometru fin-Nofsinhar tal-belt ta’ Trikala fiċ-ċentru tal-Greċja.

    Iċ-Ċentru Siżmiku Ewro-Mediterranju kejjel il-qawwa tat-terremot għal 5.1 fuq l-Iskala Richter.

    It-terremot inħass ftit qabel l-10.00 a.m. bl-epiċentru tiegħu jkun f’fond ta’ 1.8 kilometri.

    Ma kien hemm l-ebda rapporti dwar imwiet jew midrubin riżultat tat-terremot, madankollu l-aġenzija tal-aħbarijiet statali ANA-MPA qalet li kienet ċediet l-art f’xi żoni.