In-numru tal-imwiet fi Tripli jitla' għal 30

    In-numru ta’ mwiet kaġun ta’ ġlied fi Tripli minn nhar it-Tnejn ’l hawn issa jammonta għal 30 persuna. Dan filwaqt li 96 persuna oħra qed ikunu rapportati li ndarbu f’dan il-ġlied. Dan kien ikkonfermat mill-Minitru għas-Saħħa mill-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali Libjan.

    Il-Ministeru qal ukoll li matul il-lejl li għadda l-katavri ta’ tliet vittmi, fosthom żewġt itfal, ittieħdu l-isptar tal-Università ta’ Tripli.

    Il-ġlied baqa’ għaddej minkejja ordni għal waqfien mill-ġlied il-jum ta’ qabel. Il-ġlied beda wara li “s-Seba’ Brigada”, milizja ibbażata f’Tarhuna u li formalment taqa’ taħt il-Ministeru għad-Difiża attakkaw gruppi leali lejn il-Prim Ministru Fayez Al Sarraj, wara li akkużawhom li huma korrotti.