Trump jattakka proposta tal-UE biex jitwarrbu t-tariffi imposti fuq karozzi … Jgħid li l-UE “kważi ħażina” daqs iċ-Ċina

    Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-offertà tal-Unjoni Ewropea biex jitwarrbu t-tariffi imposti fuq il-karozzi “mhijiex tajba biżżejjed”. Dan hekk kif saħaq li l-konsumaturi Ewropej għandhom l-użanza li jixtru karozzi ta’ manifatturi Ewopej u mhux karozzi Amerikani.

    F’intervista ma’ Bloomberg, Trump kompla jattakka lill-Unjoni Ewropea, u saħansitra qal li l-UE “hija kważi ‘ħażina’ daqs iċ-Ċina, imma iżgħar.”

    Aktar kmieni matul il-jum tal-bieraħ il-Kummissarju Ewropew għall-Kummerċ, Cecilia malmstrom qalet lill-kumitat tal-kummerċ fi ħdan il-Parlament Ewropew li Brussell huwa lest li jwarrab it-tariffi imposti fuq il-prodotti industrijali kollha, fosthom anke l-karozzi, fit-taħditiet li jikkonċernaw il-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti.