Il-Papa Franġisku jgħid li laqgħa ma' vittmi ta' abbużi sesswali fl-Irlanda ħalliet “effett profond” fuqu

    Il-Papa Franġisku qal li laqgħa riċenti li kellu fl-Irlanda ma’ tmien persuni li sfaw vittmi ta’ abbuż sesswali minn menbri tal-kleru ħalliet “effett profond” fuqu. Fl-istess waqt assigura li qed jittieħdu l-miżuri adegwati biex jiġi żgurat li każi simili ma jerġgħux jirrepetu ruħhom.

    Waqt li kien qed jindirizza l-iskandlu tal-abbużi sesswali fuq tfal fl-Irlanda fl-omleija tiegħu ta’ kull nhar ta’ Ħadd fil-Vatikan, il-Papa qal li kien talab lil Alla għall-maħfra għal dawn id-dnubiet, l-iskandlu u s-sens ta’ tradiment.

    Huwa qal dan f’mumentfejn il-Knisja Kattolika qed tisfa mill-ġdid fil-mira ta’ rabja pubblika fir-rigward ta’ numru ta’ każi ta’ abbużi sesswali li nkixfu f’dawn l-aħħar ġimgħat u jiem biss qabel ilż-żjara tiegħu fl-Irlanda fejn kellu jiffaċċja numru ta’ dimostranti.

    Il-Knisja ilha tiffaċċja allegazzjonijiet ta’ abbużi sesswali fuq tfal għal snin sħaħ. Fl-aħħar ġimgħat ġew ippubblikati diversi rapporti li juru kif il-Knisja għattiet diversi każi fuq medda ta’ għexieren ta’ nies fl-Istati Uniti, iċ-Ċilì, u l-Awstralja.