Se tagħlaq 118-il sena u mhix interessata tkun rikonoxxuta bħala l-ixjeħ mara fid-dinja

    Julia Flores Colque taf hija l-ixjeħ mara, bl-età uffiċjali rekordjata hija ta’ kważi 118-il sena. Iżda minkejja l-età avvanzata, il-mara Bolivjana għadha attiva sew fil-komunità tant li għadha tkanta fil-lingwa indiġena tagħha waqt li ddoqq il-gitarra tradizzjonali tal-post, magħrufa bħala “charango”.

    Tul ħajjitha hija esperjenzat żewġ gwerer dinjin, numru ta’ rivoluzzjonijiet fil-Bolivja, u lil raħal twelidha jikber minn popolazzjoni ta’ 3,000 persuna għal aktar minn 175,000 persuna f’nofs seklu.

    Il-karta tal-identità tal-mara tgħid li Flores Colque twieldet har is-26 t’Ottubru tal-1900 f’raħal ta’ ħaddiema tal-minjieri fil-muntanji tal-Bolivja.

    Sadanittant il-Guinness World Records qalet li ma rċeviet l-ebda applikazzjoni biex il-mara tkun rikonoxxuta bħala l-ixjeħ mara fid-dinja, u Flores Colque jidher li lanqas m’għandha tant interess biex dan ir-rekord ikun rikonoxxut f’isimha, tant li lanqas biss semgħet b’dan il-ktieb ta’ referenza!