Tfal f'kamp tar-refuġjati fil-Greċja qed jikkommettu suwiċidju... Kundizzjonijiet imwera u inumani

    Tfal ta' madwar għaxar snin, qed jikkommettu suwiċidju, basta jaħarbu mill-istat miżeru li bħalissa qed jesperjenzaw f'kamp tar-refuġjati fil-Greċja. Skont diversi rapporti fil-midja internazzjonali, l-ambjent li fih qed jgħixu dawn ir-refuġjati huwa diżastruż. Vjolenza domestika, livell baxx ta' sanità u ffullar żejjed ta' nies huma fost il-fattur li qed iwasslu lil dawn it-tfal biex iwettqu dan l-att. 

    Preżentament, Moria Camp, hemm madwar 8,000 refuġjat. In-numru oriġinali ta' nies, li suppost joqogħdu f'dan il-kamp huwa ta' 2,000. Dan ifisser li f'dan il-kamp hemm madwar 5,000 refuġjat żejda.