ARA: Nirien kbar jaħkmu fi Primark... binja ta' 233 sena ssofri ħsarat estensivi

    Fl-aħħar ħin nirien kbar ħakmu il-bejt ta’ Primark f’Belfast, binja li hi stmata li tgħodd il-233 sena.

    Parti mill-binja kienet għaddejja minn xogħol ta’ rinnovazzjoni meta tkebbsu n-nirien, iżda l-klijenti kellhom jiġu evakwati mill-bqija tal-binja bħala prekawzjoni.

    Skont ma’ kien irrapurtat jidher li fil-post hemm madwar 80 pumpier u madwar 14-il vettura tat-tifi tan-nar li se jkunu qegħdin jissieltu n-nirien għal numru ta’ sigħat skont kif ikkalkulat mill-persuni li jinsabu għaddejjin b’ħidma fil-post.

    Jidher li minkejja n-nirien qawwija li ħakmu lil din il-binja, ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.