“Lovato kienet taf x’qiegħda tagħmel”

    Id-drug dealer ta’ Demi Lovato qal li din tal-aħ­ħar, fil-lejl li fih waqgħet f’overdose, kienet taf kemm qiegħda tikkonsma u r-riskju li d-droga setgħet tpoġġi fuq saħ­ħitha.

    Meta kien qiegħed jitkellem ma’ TMZ, Brandon Johnson allega li l-kantanta bagħtitlu messaġġ fl-4.00 a.m. u talbitu biex imur s’għandha u miegħu jieħu xi droga.

    Johnson qal ukoll li huma ta’ sikwit kienu jieħdu d-droga flimkien. Johnson qal li huwa ġab il-pilloli mill-Messiku filwaqt li insista li ma kienx jaf li dawn kien fihom il-fentanyl.