Il-Prim Ministru Ċek iżur Malta

    F'pajjiżna llum jasal il-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka, Andrej Babiš, biex ikollu taħdidiet mal-Prim Ministru Joseph Muscat. 

    Waqt din il-laqgħa ż-żewġ naħat mistennija jiddiskutu fost oħrajn il-kwistjoni tal-immigrazzjoni.

    Iż-żewġ mexxejja mistennija jindirizzaw lill-mezzi tax-xandir u wara jagħtu ġieħ lill-eks-President tar-Repubblika Ċeka Václav Havel fil-ġonna ta’ Hastings.

    L-impenji tal-Prim Ministru Ċek se jeħduh ukoll fil-bażijiet tal-Iskwadra Marittima u dik tal-ajru tal-Forzi Armati ta’ Malta.