Armi tal-pulizija jinsterqu u jiġu sostitwiti b’oħrajn tal-plastik

    Ħallelin fil-Paragwaj serqu 42 rifle fini mill-armerija tal-pulizija. Waqt spezzjoni li saret, uffiċjali sabu li r-rifles Belġjani ta’ saħħa kbira kienu ġew sostitwiti minn oħrajn magħmulin jew mill-injam jew mill-plastik.

    L-ispezzjoni kienet ordnata wara li r-rifles ta’ veru ntlemħu s-sena wara qegħdin jinbiegħu bil-black market fuq l-idejn fejn setgħu jġibu prezz li jlaħħaq $10,000.

    Ir-rifles proprji kienu ġew irtirati u maħżuna fl-armerija għax ma baqgħux jintużaw u nxtraw oħrajn aktar moderni minnhom. Madankollu huma kienu għadhom jiffunzjonaw regolarment.

    Uħud minnhom huma maħsuba li spiċċaw fl-Arġentina filwaqt li oħrajn spiċċaw fil-Brażil fejn l-awtoritajiet ilhom jilmentaw li ħafna mill-armi  illegali li nqabdu hemm kienu ddaħħlu fil-pajjiż illegalment mill-Paragwaj.

    Il-midja tal-Paragwaj tellgħet ritratti tal-armi foloz u ddeskriviet il-każ bħal l-aktar skandlu imbarazzanti fl-istorja tal-istorja tal-pulizija tal-pajjiż.

    L-uffiċjal tal-pulizija inkarigat mill-armerija ġie mibdul iżda s’issa ma saru l-ebda arresti.