Imut is-Senatur Amerikan John McCain

    Miet is-senatur Amerikan u kandidat għall-Presidenza Amerikana John McCain.

    Huwa miet fl-età ta’ 81 sena ftit wara li sar magħruf li waqqaf it-trattamenti kollha tal-kanċer li kellu f’moħħu.

    McCain jibqa’ mfakkar għall-kritika li kien jgħaddi b’mod partikolari lejn il-President Donald Trump fijn saħansitra vvota kontra l-pjan ta’ Trump biex jirtira l-liġi dwar is-servizz tas-saħħa li kien daħħal il-President Obama. 

    Minkejja dan Donald Trump fl-aħħar sigħat kiteb jesprimi simpatija u rispett lill-familja ta’ McCain. Anke jekk għamel dan mingħajr ma kkumenta xejn dwar il-ħajja tiegħu. Fost dawk li kkummentaw dwaru kien hemm Barack Obama u George W Bush.