Fekruna tmut wara li tintlaqat minn dgħajsa... appell għal aktar attenzjoni fuq il-baħar

    Fl-aħħar ħin Nature Trust Malta ħabbret li li fekruna nstabet barra mill-kosta tas-Sliema mis-sezzjoni Marittima ta’ Transport Malta.

    Il-fekruna li hija maħsuba li kellha madwar 17-il sena mietet wara li ntlaqtet minn dgħajsa u ġarrbet ġrieħi gravi.

    Nature Trust Malta kkonkludiet tappella lis-sewwieqa tad-dgħajjes biex isuqu b’aktar attenzjoni biex dawn l-inċidenti ikunu jistgħu jiġu evitati.