[ARA]: Passiġġier mhux tas-soltu deher jirkeb fuq ferrovija fl-Awstrija

    Filmati u ritratti li qegħdin jiċċirkolaw fil-midja soċjali juru lil dak li kulħadd qiegħed isejjaħ bħala Benni jagħmel żewġ tentattivi biex itella’ iż-żiemel tiegħu fuq ferrovija.

    Fl-ewwel tentattiv tiegħu fl-istazzjon ta’ ‘Bad Mitterndorf’ ir-raġel kien imwaqqaf milli jirkeb biż-żiemel tiegħu fuq il-ferrovija, filwaqt li t-tieni xufier irrifjuta milli jkompli l-vjaġġ qabel iż-żiemel jinżel mill-ferrovija.