Għadu qed jitgħallem isuq u spiċċa jsuq b'veloċità ta' 150 mil fis-siegħa!

    Hamza Pandor, ta’ 23 sena min Leicester, irnexxilu jeħles sentenza ta’ priġunerija wara li quddiem il-qorti ta’ Leicester ammetta li nhar il-Ħamis li għadda kien qed isuq b’mod perikoluż.

    Iżda dan mhux kollox hekk kif ħareġ li Pandor fil-verità lanqas biss kien għadu ġab il-liċenzja u fil-fatt kien għadu hemm imur għal-lezzjonijiet tas-sewqan!

    Il-Pulizija bdiet issegwi liż-żagħżug fis-sigħat bikrin ta’ nhar il-Ħamis filgħodu wara li qabiżhom “b’veloċità għolja ħafna”.

    Saħansitra f’mumenti minnhom Pandor kien qed isuq il-karozza tiegħu b’veloċità ta’ 140 mil fis-siegħa f’żona fejn il-veloċità massima hija ta’ 50 mil fis-siegħa.

    Huwa ġie sospiż għal sentejn milli jsuq.