Qabda ta' nofs tunellata droga fl-Ekwador wara ħabta li ħalliet 23 pesuna mejtin

    Uffiċjali tal-Pulizija sabu mill-inqas nofs tunellata ta’ maijuana moħbija fi trakk li jġorr it-turisti wara li din kienet involuta f’ħabta fl-Ekwador. F’dan l-inċident mietu 23 persuna.

    Kważi 600 pakket ta’ droga nstabu fost it-tifrik tat-trakk minn kelb tal-pulizija wara l-ħabta li ġrat nhar it-Tlieta li għadda viċin il-belt ta’ Quito.

    Id-Direttur tal-Pulizija ta’ kontra d-droga, il-Ġeneral Carlos Alulema, f’kummenti lill-ġurnalisti qal li din is-sena diġà kien hemm tliet każi simili ta’ vetturi li kienu qed iġorru kwantità kbira ta’ droga, bil-qabda kumplessiva ta’ dawn it-tliet qabdiet tammonta għal 400 kilogramma ta’ kokaina u 600 kilogramma ta’ marijuana.

    Il-Kolumbja nhar l-Erbgħa li għadda qalet li 19 mit-23 vittma abbord kienu ta’ nazzjonalità Kolombjana.