RITRATTI: Kreatura tal-baħar mimlija pil, bla ras u għajnejn, tħalli lil residenti ta' raħal remot perplessi

    Kreatura misterjuża ttellgħet mill-baħar fuq bajja fil-Lvant tar-Russja, bir-residenti tal-lokal iħabblu mhux ftit moħħhom biex jipprovaw jiskopru x’jista’ jkun.

    Il-kreatura nstabet fuq bajja mal-kosta tal-Paċifiku tar-Russja viċin ir-raħal remot ta’ Pakhachi. Rapporti lokali jgħidu li d-daqs tagħha hija ikbar it-tul ta’ tliet irġiel. Il-kreatura jidher ukoll li għandha denb, jew tentakolu kbir, u tidher miksija minn pil. Madankollu ma għandha xejn li tixbaħ is-sembjanza ta’ ras jew għajnejn.

    Ir-residenti tar-raħal mill-ewwel bdew jispekulaw li l-kreatura kienet mostru tal-baħar.

    Xjentist marittimu Russu, Sergei Kornev, mill-Istitut ta’ Riċerka tas-Sajd u Oċeanografija, huwa tal-fehma li l-kreatura mhi xejn għajr parti mill-karkassa ta’ balena.