Tfajla “taħsel” lill-kelb tagħha f'washing machine biex iżżid il-followers fuq Instagram

    Tfajla Arġentina spiċċat fil-mira ta’ kritika qawwija wara li ppubblikat filmat fuq il-midja soċjali tal-kelb tagħha fil-washing machine waqt li din kienet mixgħula. Jidher li t-tfajla, Tamara Rotman, ddeċidiet li tippubblika dan il-filmat bil-għan li jkollha aktar followers fuq Instagram.

    Fil-filmat qasir, il-kelb tat-tfajla, Coco, jidher fil-washing machine b’wiċċu magħfus mal-bieba. Fil-filmat qasir il-kelb jidher trawmatizzat u jidher qed jipprova jagħmel minn kollox biex jiftaħ il-bieba tal-washing machine.

    Nies li raw il-filmat fuq Instagram mill-ewwel ikkundannaw l-aġir tat-tfajla, b’bosta jitolbu lill-awtoritajiet biex jieħdu passi fil-konfront tagħha għal moħqrija tal-annimali.