Tnejn l-isptar wara serqa f'San Ġiljan

    Żewġt impjegati li jaħdmu fi stabbiliment fil-limiti tax-Xatt ta’ San Ġorg , f’San Ġiljan kellhom jittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-qatgħa.

    Jidher li l-każ seħħ għall-ħabta tal-5 p.m meta persuna daħlet fuq iż-żewġt irġiel, sprejja pepper sprej fid-direzzjoni tagħhom u ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.