Mixli li seraq twieqi u bibien tal-aluminium

    Joseph Galea ta’ 28 sena mill-Ħamrun ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li seraq 50 tieqa u sitt bibien tal-aluminium.

    Il-każ seħħ nhar l-Erbgħa li għadda għall-ħabta tas-1.30 p.m. u fil-jiem ta’ qabel fi Triq tal-Balal, San Ġwann. 

    Galea kien ukoll mixli li saq vettur tal-għamla Maruti mingħajr liċenzja u li wettaq reat waqt li kien taħt żewġ ordnijiet ta’ probation. 

    Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €10,000.

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Leeroy Balzan Engerer.