“Nitħasseb ferm anke għal uliedi li għad iridu jikbru”

    Dan is-sit tkellem wkoll ma’ Claudette Abela Baldacchino li qaltilna li “l-bullying hija mġieba agressiva lejn tfal li tista’ tinvolvi theddid verbali jew fiżiku jew anke fuq social media li jissejjaħ cyber bullying. Illum il-bullying ħa xejra oħra għax filwaqt li qabel it-tfal kienu jmorru dar u il-bullying bi cyber bullying, il-bullying jibqa’ għaddej anke wara l-ħin tal-iskola. Kemm min jagħmel il-bullying u kemm min jiġi bullied jista’ jkollhom problem psikoloġiċi serji.  It-tfal meta jiġu bullied u l-bullying jkun ta’ natura gravi anke jikkontemplaw suwiċidju u jkollom problemi bħal bulimia jew anorexia nervosa u dipressjoni.

    Hija kompliet tgħid li “l-bullying jista’ jiġri f’kull età. Fil-fatt f’ħafna postijiet ta’ xogħol ikun għaddej bullying. Kulħadd jista’ bullied imma huwa kif wieħed jieqaf lil bully u li ma tħalliehx jew tħallihiex tieħu kontroll fuqek. Għalhekk it-tfal li jiġu bullied għandhom bżonn ħafna għajnuna li l-kbar jifhmu li hemm tfal oħra li jafu jkunu kattivi ma’ tfal oħra għax wisq probabbli jkunu mġegħla mill-kbar.  Il-bullying qatt u qatt ma hu ġustifikat għax ineħħi dinjità u jkisser b’mod psikoloġiku u emozzjonali lil persuna oħra.”  

    “Tfal ta’ personaġġi jistgħu jkunu aktar esposti u vulnerabbli għax ikunu magħrufha u aktar suxxettibli għal kritika jew kummenti u aġir dispreġjattiv. Nifhem aktar bħala omm u nitħasseb ferm anke għal uliedi li għad iridu jikbru.”