Strajk tal-bdoti tar-Ryanair iħalli mal-50,000 passiġġier l-art

    Strajk ieħor tal-bdoti minn ħames pajjiżi differenti tal-Kumpanija tal-ajru Ryanair wassal biex mal-50,000 passiġġier tħallew l-art. Il-bdoti li qed jistrikjaw ġejjin mill-pajjiżi tal-Ġermanja, l-Iżvezja, l-Irlanda, il-Belġju u anke l-Olanda u b’kollox kienu kkanċellati aktar minn 400 titjira.

    Dan huwa s-sitt strike li laqgħat ir-Ryanair fl-aħħar ġimgħat propju fi żmien meta għadd kbir ta’ nies jivvjaġġaw għall-vaganzi. 

    Ir-Ryanair minn naħa tagħha qalet li minkejja li dan huwa l-akbar strajk rigward il-paga u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-kumpanija qed tagħmel dak kollu possibbli biex issolvi dan id-diżgwit.

    Il-kumpanija qalet li 85% tat-titjiriet skedati se jkunu qed jaħdmu b’mod normali s-Sibt li ġej u li l-maġġoranza tal-klijenti affetwati ngħataw postijiet f’titjiriet oħra tal-istess kumpanija.