Everton jiffirmaw tliet players

     Everton laħqu ftehim ma’ Barcelona biex jiksbu lid-difensur tal-Kolumbja, Yerry Mina, 23 sena, għal £27.19 miljuni, waqt li qablu li jieħdu lill-kollega tiegħu, Andre Gomez, 25 sena, b’self għal £2 miljuni. It-Toffeemen anke kisbu lill-winger Brażiljan, Bernard, 25 sena, fuq bażi permanenti meta kien aġent ħieles wara li ħalla lil Shakhtar Donetsk tal-Ukrajna.

    Huwa lagħab 14-il logħba għall-Brażil bl-aħħar waħda tkun fit-Tazza tad-Dinja 2014 fil-Brażil stess.