Danny Rose viċin Schalke 04

    Il-club mill-Bundesliga Ġermaniża Schalke 04 qegħdin bi trattattivi ma’ Tottenham Hotspur fit-tentattiv li jiksbu l-firma tad-difensur internazzjonali Ingliż Danny Rose. Huwa fatt magħruf li dan tal-aħħar mhuwiex fil-pjani tal-coach ta’ Spurs, Mauricio Pochettino u għalhekk ingħaqad mal-lista ta’ players li ser iħallu lill-club.

    Sadanittant Schalke huma lesti li jieħdu lil dan il-player b’self, b’għażla li jekk jintgħoġob, joffrulu kuntratt. Rose għandu 28 sena u fil-karriera tiegħu libes il-flokkjiet ta’ Leeds United, Watford, Peterborough, Bristol City, Sunderland u Tottenham. Ma’ dawn tal-aħħar lagħab 117-il darba u skorja tmien goals.