Ser nagħmel li nista’ biex ngħin lil Chelsea ? Kepa Arrizabalaga

    Kepa Arrizabalaga huwa l-iktar goalkeeper li sewa fl-istorja tal-football modern. Il-club tal-Premier League Ingliż Chelsea ħarġu minn buthom is-somma ta’ €80 miljun biex filwaqt li assiguraw is-servizzi tiegħu, għaddew bil-bosta r-rekord ta’ flus li ħallsu Liverpool għall-akkwist tal-goalkeeper Alisson.

    Arrizabalaga ser ikun is-sostitut ta’ ThibautCourtois li ngħaqad ma’ Real Madrid f’dawn l-aħħar sigħat.

    Sadanittant Arrizabalaga esprima l-ferħ tiegħu li jinsab fi StamfordBridge u qies din id-deċiżjoni bħala waħda fundamentali għall-karriera tiegħu.

    Fl-aħħar mill-aħħar kien kburi li Chelsea emmnu fil-kapaċitajiet tiegħu u wiegħed lill-partitarji li ser jagħmel l-almu tiegħu kollu biex jirnexxi mat-tim il-ġdid tiegħu.

    Arrizabalaga huwa goalkeeper Spanjol ta’ 23 sena li kien jilgħab ma’ Athletic Bilbao u li ddebutta mat-team nazzjonali Spanjol is-sena l-oħra.