Diego Godin jirrifjuta li jingħaqad ma’ Manchester United

    Id-difensur ta’ Atletico Madrid, Diego Godin, ser jibqa mal-club Spanjol, minkejja offerta minn Manchester United.

    Ir-Red Devils ghamlu kuntatt ma' Godin, li wkoll gie assoċjat ma’ Juventus iżda ghandu klawsola tar-release ta’ €25 miljun.

    L-Urugwajan kien offrut kuntratt ta’ 18-il xhur f’Old Trafford, €9 miljun kull staġun u r-Red Devils offew €25 miljun għall-player ta’ 32 sena, iżda l-istess player irrifjuta li jingħaqad mal-United.

    Issa Godin jinsab fil-proċess li jiffirma kuntratt ġdid.