Jerome Boateng irid iħalli lil Bayern Munich

    Id-difensur internazzjonaliĠermaniż, Jerome Boateng, jidher li jrid iħalli lil Bayern Munich biex jingħaqad ma’ Paris St Germain.

    Jingħad li l-player ta’ 29 sena diġá laħaq ftehim maċ-Champions tal-Ligue 1.

    Huwa kien qed jiġi segwit minn Manchester United iżda Boateng innifsu għamilha ċara li ma riedx imur jilgħab f’Old Trafford. Huwa ried jibqa’ mal-klabb Bavarjan fejn tkellem dwar sfidi ġodda wara li kellu laqgħa mal-coach, Niko Kovac.

    Iżda matul dawn l-aħħar tlett ijiem huwa dawwar il-ħsibijiet tiegħu jrid iħalli l-club. Min-naħa tagħhom, Bayern Munich jinsabu lesti li jirċievu €45 miljun li huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa difensuri fid-dinja minkejja li l-istaġun li għadda sofra minn diversi injuries.