Leicester jakkwistaw lid-difensur Filip Benkovic

    Leicester City akkwistaw lid-difensur, Filip Benkovic, mingħand Dinamo Zagreb għal madwar €15-il miljun.

    Il-player ta’ 21 sena laħaq ftehim ta' ħames snin fil-King Power Stadium biex isir is-sitt akkwist tal-klabb dan is-sajf.

    Benkovic għamel 30 dehragħalDinamo Zagreb u rebaħil-kampjonat domestiku l-istaġun li għadda.

    Il-Kroat stqarr li: "Jiena ser nagħti qalbi għal dan il-klabb, lill-partitarji u lil kulħadd. Naħseb li huwa pass tajjeb għall-karriera tiegħi. Ninsab kuntent ħafna.”