Manchester City jiffirmaw lil Daniel Arzani

    Manchester City iffirmaw lill-attakkant  internazzjonali Awstraljan,  Daniel Arzani, mingħand Melbourne City.

    Il-player ta’ 19-il sena, li huwa mwieled l-Iran, rebaħl-unur tal-Aħjar Żagħzugħ tal-A-Leauge l-istaġun li għadda.

    Is-City qalu li Arzani ser jintbagħat b’self ma’ Celtic biex jkompli jtejjeb l-karriera tiegħu.

    Arzani, li s’issa għamel ħames dehriet għall-Awstralja, sar l-iżgħar plejer li lagħab fit-Tazza tad-Dinja għall-Awstralja meta daħal bħala sostitut fil-logħbiet fil-fażi tal-gruppi kontra Franza, id-Danimarka u l-Perúf’din l-edizzjoni li saret fir-Russja.