Aston Villa qed jippreparaw li joffru kuntratt ġdid lil Jack Grealish

    Wara li t-trasferiment ta’ Jack Grealish ma’ Tottenham Hotspur sfaxxa, il-klabb taċ-Championship Aston Villa huma lesti li joffrulu kuntratt ġdid.

    Grealish kien ħerqan li jingħaqad ma’ Tottenham Hotspur, iżda s-sidien il-ġodda ta’ tal-Villa rrifjutaw offerta ta' €28 miljun.

    Il-midfielder kien l-mira ewlenija ta’ Mauricio Pochettino dan is-sajf. Iżda l-kap ta’ Spurs, Daniel Levy, naqas milli jagħmel offerta meta l-eks sid tal-Villa kien iddisprat għall-flus. Is-sidien l-ġodda rrifjutaw kull offerta għalGrealish u għamluha ċara li dan mhux għall-bejgħ. Hekk kif ser jiġġieldu għall-promozzjoni dan l-istaġun.

    Il-plejer ta’ 22 sena, ingħaqad mal-iskwadra għat-taħriġ qabel il-logħba kontra Wigan fi tmiem il-ġimgħa.