Roberto Firmino jagħti donazzjoni għal trattament mediku

    Familja Brażiljana rringrazzjaw lill-attakant ta’ Liverpool, Roberto Firmino, wara li rregala €66,000 biex jiffinanzja trattament ta’ marda rari fit-tfal.

    Il-ġenituri, Alex Jose de Amorim u Gracieli Schlemmer, li huma minn Santa Catarina, qalu li rċevew telefonata mingħand il-mara ta’ Firmino, Larissa. Hija spejgat li player Brażiljan ried jrid jagħti l-bqija tal-flus tas-somma ta’ €917,000 li kienu meħtieġa għall-aħwa, Joao, ta’ sitt snin, u  Miguel ta’ 11-il xahar, li jsofru minn marda muskolari, biex imorru l-Istati Uniti għalprogramm ta’ trattament ta’ sena.

    Wara li laħqu l-għan tagħhom, Schlemmer kiteb fuq il-media socjali: "Nhar il-Ġimgħa li għadda, aħna rcevejna telefonata li ħallietna bla nifs.

    Firmino ma riedx jitkellem b’mod pubbliku dwar l-appoġġ li pprovda lill-familja.

    Madankollu, Lariisa qalet:“Aħna ġenituri u nimmaġinaw l-uġigħ li kienet għaddejjadin il-familja.