Waterpolo - Premier: Neptunes waħedhom fit-tieni post

    Ritratt: Dominic Borg

    Neptunes...................... 15

    Sirens........................... 11

    (4-2, 4-2, 2-3, 5-4)

    Neptunes telgħu waħed­hom fit-tieni post tal-klassifika meta għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 15-11 biex saru wkoll l-ewwel team li qabeż il-100 goal.

    It-team mill-Ballutta bena vantaġġ tajjeb fl-ewwel żewġ sessjonijiet meta daħlu  jis­trieħu fil-vantaġġ ta’ 8-4.

    L-ewwel żewġ sessjonijiet rebħuhom bl-iskor identiku ta’ 4-2.

    Il-goals fl-ewwel sessjoni waslu minn żewġ doppjetti ta’ Steve Camilleri u Miguel Zammit filwaqt li għal Sirens wieġbu Isaiah Riolo u Paul Privitera.

    L-erba’ goals ta’ Neptunes fit-tieni sessjoni ġew skorjati minn Petar Muslin, darbtejn, Matthias Azzopardi u Jordan Camilleri. Min-naħa ta’ Sirens, iż-żewġ skorers kienu Paul Privitera u Clint Mercieca.

    Madankollu, fit-tielet ses­sjoni Sirens taw l-impressjoni li kienu se jidħlu fil-logħba meta rebħuha bl-iskor ta’ 3-2 minn doppjetta ta’ Nicolas Bicari u goal ieħor ta’ John Brownrigg, b’Jordan Camil­leri u Niki Lanzon jirrispondu għal Neptunes.

    Iżda fl-aħħar sessjoni, Nep­tunes temmew il-logħba b’erba’ goals vantaġġ hekk kif rebħuha 5-4 minkejja li Marc Grech skorja l-ewwel biex naqqas il-marġni b’mod temporanju għal 10-8.

    Iżda l-aħwa Camilleri, Steve u Jordan, skorjaw doppjetta kull wieħed flimkien ma’ goal ieħor Gabriel Pace biex aċċertaw mir-rebħa, bil-goals tat-team minn San Pawl il-Baħar jaslu minn tripletta ta’ Nicolas Bicari.

    Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Niki Lanzon (1), 3-Ken Erdogan, 4-Gabriel Pace (1), 5-Petar Muslim (2), 6-Nikolai Zammit, 7-Stevie Camil­leri (4), 8-Jordan Camilleri (4), 9-Jeremy Abela, 10-Miguel Zammit (2), 11-Jan Culic, 12-Matthias Azzopardi (1), 13-Joseph Parnis - Coach: Jovan Popovic

    Sirens: 1-Nicholas Grixti, 2-Paul Privitera (2), 3-Edward Aquilina, 4-Nicolas Bicari (5), 5-Marc Grech (1), 6-Isaiah Rio­lo (1), 7-Clint Mercieca (1), 8-Jacob Sciberras, 9-John Napier, 10-Jake Ciantar, 11-Luke Caruana, 12-John Brownrigg (1), 13-Gian­ni Galea Curmi - Coach: Sasko Popovski

    Referees: Alex De Raffaele, Andrea Zedda