L-Ingilterra b'2,000 satellita ġdida sal-2030

    Is-Segretarju għan-Negozju Brittaniku, Greg Clark, illum saħaq li l-Ingilterra mistennija li tniedi madwar 2,000 satellita sal-2030.

    Clark saħaq li rwol akbar fis-settur tal-ispazju se jwassal għal opportunitajiet ta’ kummerċ għall-Ingilterra. Huwa għadda dawk il-kummenti waqt żjara li għamel fi spaceport fir-reġjun ta’ Sutherland fl-Iskozja.

    L-Aġenzija tal-Ispazju tar-Renju Unit qalet li t-tnedija ta’ aktar satelliti jaf jiġġenera mal-$5 biljun fl-ekonomija tal-pajjiż tul id-deċenju li ġej.

    Clark żied jgħid li minħabba diversi fatturi, fosthom il-pożizzjoni ġeografika tal-Ingilterra, u proposti għal framework regolatorju, il-pajjiż għandu vantaġġ kompetittiv biex jikkompeti għal sehem sostanzjali tas-suq.