KFC Malta tniedi l-famuż Double Down

    KFC Malta nediet id-Double Down, wieħed mill-aktar sandwiches ta’ suċċess għall-KFC. Dan jinbiegħ biss fl-Awstralja, in-New Zealand, l-Amerka, il-Kanada u l-Ingilterra, u fl-aħħar wasal Malta għal żmien limitat.

    Jekk tħobb it-tiġieġ moqli u jqarmeċ, mela m’int se tixba’ qatt mid-Double Down. Minflok ħobż, dan is-sandwich fih żewġ fillets tat-tiġieġ imsajrin bir-‘riċetta oriġinali’ bil-bacon, il-ġobon u l-BBQ sauce bejniethom. Hemm ukoll il-verżjoni pikkanti zinger għal dawk li jridu jaraw kemm huma kapaċi jieklu ikel jaħraq.

    Kurt Micallef, il-Manager tan-Negozju ta’ Food Chain qal li, “Kien hemm reazzjoni tajba għad-Double Down sa minn meta ġiet introdotta fl-Amerka fl-2010. Is-sena l-oħra tnediet l-Ingilterra u għal darb’oħra kien hemm rispons fantastiku. F’kull pajjiż li ġiet introdotta fih inbiegħet kollha, u ninsabu pożittivi li f’Malta se tkun popolari wkoll.”

    Il-kumpanija KFC topera f’Malta minnFood Chain Limited, membru tal-Grupp Farsons. Segwi l-KFC Malta mill-Facebook:  www.facebook.com/KFCmaltajew idħol fis-sitwww.kfc.com.mt.