“Id-dinja tinsab 1C biss ’il bogħod milli tkun inabitabbli għall-bniedem”

    Xjentisti qed iwissu li t-temperatura tad-dinja tinsab biss 1C bogħod milli jintlaħaq punt li jaf ikun ta’ theddida għall-futur tal-umanità.

    L-esperti żiedu jgħidu li d-dinja tinsab biss ftit għexieren tas-snin ’il bogħod minn dan l-avveniment li jaf iwassal għal tisħin tad-dinja bla kontroll. Xjentisti qed jisħqu li t-temperatura meqjusa bħala theddida għall-umanità hija 2C iktar milli kienet fi żmien il-perjodu industrijali, bi studji riċenti juru li t-temperatura diġà żdiedet b’1C minn dak iż-żmien ’l hawn.

    F’artiklu fil-ġurnal xjentifiku “Proceedings of the National Academy of Sciences” ix-xjentisti internazzjonali kitbu li tali avveniment ta’ tisħin bla kontroll tad-dinja jwassal għal riskji severi ta’ saħħa, għall-ekonomiji, u l-istabbiltà politika dinjija, u fl-aħħar mill-aħħar riskju għall-kundizzjonijiet ta’ għixien tal-bniedem”.