Splużjoni kbira f'Bologna toħloq konfużjoni sħiħa fil-pajjiż

    Ftit 'il barra mill-ajruport ta' Bologna fl-Italja, illum seħħet splujżjoni kbira li wasslet biex iġġarraf il-pont li minn fuqu kienu għaddejjin il-vetturi. 

    L-inċident seħħ ftit qabel is-2.00 p.m. Kollox qed jinidka li trailer li kien qed iġorr xi gassijiet kien involut f'inċident ma' trakk ieħor li kien qiegħed iġorr xi vetturi.

    Żewġ persuni tilfu ħajjithom u aktar minn 55 persuna oħra sfaw feruti, b’14 minnhom iġarrbu ġrieħi serji.