Leone Band in Concert: Festa Edition

    Is-Soċjetà Filarmonika Leone, bħal kull sena, qed ittella’ l-Kunċert tal-Festa, bħala parti mill-Festi Solenni, Tradizzjoni u Nazzjonali ta’ Santa Marija fir-Rabat, Għawdex. Il-Kunċert Leone Band in Concert: Festa Edition se jittella’ għall-apert nhar il-Ħamis 9 t’Awwissu 2018, fid-9:00pm, quddiem is-sede tal-Banda Ċittadina Leone fi Triq ir-Repubblika. 

    Dan il-kunċert illum huwa magħruf għas-selezzjoni vasta ta’ mużika ta’ diversi ġeneri, fosthom siltiet mużikali miċ-ċinema, musicals u siltiet oħrajn klassiċi u bandistiċi. 

    Il-Banda Ċittadina Leone, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tagħha Colin Attard, se tkun qed tesegwixxi fost is-siltiet, l-Innu immortali Per La Festa di Maria Assunta in Cielo, tal-1913, mużika tas-Surmast Orlando Crescimanno u kitba tal-Professur Ramiro Barbaro di San Giorgio. Dan se jkun bis-sehem tat-tenur Malti Charles Vincenti, tal-baritonu Malti Alfred Camilleri u tal-Kor Aurora Youth Choir. 

    Id-dħul ta’ dan il-kunċert mużikali huwa b’xejn, iżda riservazzjoni ta’ siġġijiet huwa irrakomandat b’email fuq info@leone.org.mt jew sms fuq 99130694.