Tarbija tinsab ħajja barra mill-ġuf li ċċarrat kawża ta' inċident traġiku fil-Brażil

    Tarbija qiegħda titqies bħala miraklu wara li spiċċat barra mill-ġuf għal fuq ħaxix li kien hemm fiż-żona wara li ommha kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fil-Brażil.

    Skont rapporti barranin, l-omm spiċċat barra mill-gabina tal-vettura u tgħaffġet mit-tagħbija ta’ trakk li kien involut fl-inċident.

    Membri tas-salvataġġ sabu lill-omm bla ħajja taħt xi injam li kien mgħobbi  u nqaleb kawża tal-inċident.

    Il-mediċi qalu li minkejja t-traġedja tal-omm, tista’ tgħid li huwa miraklu li t-“tielet” persuna involuta fl-inċident irnexxielha ssalva u ddeskrivewha bħala tarbija b’karattru simpatiku li ma tonqosx milli turik t-tbissima jekk tgħaraf kif tilgħab magħha.