Kunċert Annwali fil-Mellieħa fl-okkażżjoni tal-10 Snin Anniversarju

    The Junior Choir and Orchestra, fi ħdan l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina tal-Mellieħa, se tkun qiegħda ittella’ kunċert annwali nhar l-Erbgħa 1 t’Awwissu fi Triq il-Parroċċa l-Mellieħa, eżattament quddiem is-sede tal-istess Għaqda.  Dan il-kunċert se jkun qiegħed jfakkar l-10 snin mit-twaqqaf ta’ din l-istess Junior Choir and Orchestra.  Din is-serata se tkun magħmula minn għażla vasta ta’ mużika fosthom mużika klassika, mużika pop, mużika tal-films, mużika moderna u ħafna aktar.  The Junior Choir and Orchestra se tkun taħt id-direzzjoni ta’ Wayne Bartolo u Susanne Bonello.  

    Qabel ma jingħata bidu għal dan il-kunċert, l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina se tkun qiegħda żżanżan l-arblu uffiċjali tagħha bit-tlugħ tal-bandiera l-ġdida.    

    Dan kollu jibda fis-19.30 u huwa miftuħ għall-pubbliku.  

    L-appuntament annwali ta’ din l-Għaqda ikun nhar is-Sibt 1 ta’ Settembru, fejn l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina ttella’ l-kunċert annwali fil-Pjazza tal-Parroċċa fl-okkażżjoni tal-festa ta’ Marija Bambina fil-Mellieħa, kunċert li kiseb popolarita’ kbira u li jkun mistenni minn ħafna  Dettalji jingħataw aktar ‘il quddiem.