Għami u jdur id-dinja waħdu

    Tony Giles kważi dejjem kien għami u severament trux - iżda dan ma waqafx milli jagħmel dak li jħobb jagħmel: jivvjaġġa.

    Giles twieled b'kundizzjoni rari li kkawżatlu jara d-dinja f’ħafna forom vagi u mdawwra bid-dellijiet. Sa l-età ta’ 9 snin, huwa sar totalment għami.

    Mhux dan biss, iżda kellu madwar 80% smigħ f’widnejh it-tnejn.

    Minkejja d-diżabiltajiet tiegħu, huwa żar 125 pajjiż u s-7 kontinenti kollha fut perjodu ta’ 17-il sena.

    Meta kellu 16-il sena, madankollu, kien mistieden biex jivjaġġa mid-dar tiegħu fl-Ingilterra sal-Istati Uniti. Affaxxinat minn din l-avventura, Giles minn dak il-jum kibret ġo fih l-ispirazzjoni li jsir vjaġġatur.

    Giles spiss jiġi mistoqsi għaliex jivvjaġġa jekk ma jkunx jista' jara l-monumenti u l-ambjent tal-post. Dwar dan hu sempliċement jgħid li jħobb l-eċitament li jkun jaf li qed iżur postijiet ġodda.