Ta’ 8 snin ikabbar xagħru għal ħaddiehor

    Tate Morgan, tifel ta’ 8 snin, iddeċieda ftit ta’ snin ilu li jieqaf jaqta’ xagħru. Fil-fatt l-aħħar darba li qatgħu kien lejlet il-Milied tal-2015. Konsegwenza ta’ hekk xagħru tant kiber li fl-iskola ħafna mill-istudenti kienu jaħsbu li kien tifla. 

    Imma Tate m’għamilx dan b’kapriċċ jew biex jevita l-parrukkier. Huwa għamel hekk b’valur tant kbir biex jgħin lil xi ħadd ieħor.

    Tate mill-età tenera ta’ 8 snin iddeċieda li jiddona xagħru lit-tfal li minħabba xi kundizzjoni jitilfu xagħarhom. 

    Riċentement, Tate iddeċieda jaqta’ xagħru ħalli jkun jista’ jagħtih lil xi tifel jew tifla.

    Huwa wera determinazzjoni inkredibbli, paċenzja u ġenerożità permezz tal-att ta’ karità tiegħu f'età żgħira, u hu eżempju tajjeb ta' kif hemm ħafna modi differenti li tista' tgħin lil ħaddieħor, mhux biss billi tagħti flus.