Id-dar tal-waħx… omm u nanna ħatja għal mewt ta’ ġuvni li sar għadma u ġilda

    Omm  u nanna fl-aħħar jiem instabu ħatja b’moħqrija fuq żagħżugħ li litterlament tħalla jsir għadma u ġilda u jmut f’dar. Iż-żagħżugħ, Jordan Burlng ta’ 18-il sena ken instab mill-paramediċi fuq saqqu jinten u liebes ħarqa.  Hu kellu piż baxx ħafna u xi għadam f’ġismu kienu jidhru. Dan seħħ mnħabba nuqqas kbir ta’ ikel.

    Wieħed mill-esperti iddeskriva ix-xena li sab liż-żagħzugħ fiha bħala li ken qisu qed jara vittma f’kamp tal-konċentrament tat-Tieni Gwerra Dinjija. Omm iż-żagħżugħ Dawn Cranston ta’ 45 sena u nanntu Denise Cranston ta’ 70 sena, instabu ħatja mill-Qorti li ħallew li sseħħ il-mewt ta’ persuna vulnerabbli.

    Huma kienu jgħixu f’Leeds u l-Qorti semgħet kif dan iż-żgħażugħ tħalla imut bil-mod għal diversi ġimgħat.  Wieħed mll-espert fin-nutrizzjoni li xehed quddiem il-Qorti qal li f’26 qatt ma r każ estembħal dan fejn iż-żagħżugħ instab litteralment bla saħħa. Id-dar fejn instab tlaqqmet bħala ‘id-dar tal-waħx’.

    Dak li xxokkja fil-Qorti kien ntqalli l-omm qalet lil operatur ta’ 999  ftit ħin qabel miet binha, li l-fatt li ma kienx f’sensieh kienet barka għax dan kien se jfisser li mhux se tmur għax-xogħol.

    Qabel il-ġuri, l-omm ammettiet li kenet welldet tarbija mejta u din ħbietha għal 14-il sena. Jidher li meta Jordan kien jattendu l-iskola kellu problema kbar ta’ indafa fosthom qamel f’xagħru.  Wara ommu kienet kitbet lill-iskola u qaltilhom li dan ken se jiġi edukat f’dar. Minn dakinhar qatt ma attenda skola.