Raġel li ntbagħat il-ħabs fuq bestjalit√† jgħid li d-debba “hemżitu”!

    Raġel Awstraljan li daħal fi stalla biex jabbuża sesswalment minn żiemel qal li l-annimal ta l-kunsens tiegħu billi beda jxommu filwaqt li beda jehmżu.

    Daniel Webb-Jackson, ta’ 31 sena, wieġeb li mhux ħati tal-akkużi miġjubin fil-konfront tiegħu, bl-inċident rapportat li seħħ fi Grafton, New South Wales, nhar it-22 ta’ Jannar li għadda.

    Il-ħaddiema tal-istalla kienu nstallaw CCTV kameras wara serje ta’ inċidenti li kienu seħħew tul ix-xahar preċedenti.

    Ġurnal lokali rrapporta li l-pulizija arrestat lil Webb-Jackson wara li sabitu jistaħba f’rokna tal-istalla. Wara li ttieħed l-għassa huwa ammetta li f’żewġ ċirkostanzi kien ikkommetta żewġ atti sesswali ma’ debba ta’ sentejn.

    Il-qorti ma kinitx konvinta bil-verżjoni tar-raġel fejn saħaq li d-debba kienet tat il-kunsens għall-atti sesswali. Hija kkundannat lir-raġel għal 10 xhur priġunerija filwaqt li mmultatu £400 għal moħqrija tal-annimali.