Idum 41 sena misruq minn ommu

    Raġel li kien "misruq" minn ommu wara t-twelid tiegħu dam 41 sena ilu biex reġa’ ingħaqad mal-familja tiegħu.

    Travis Tolliver, li jitkellem bl-Ingliż biss, ma kienx kapaċi jitkellem ma’ ommu Ċilena, Nelly Reyes - iżda l-koppja ltaqgħu fl-Ajruport Internazzjonali Arturo Merino Benitez f'Santiago, Ċili.

    Wara li ltaqgħet miegħu għall-ewwel darba, is-Sinjura Reyes qalet “mil-lum il-quddiem ser ngħanqu kuljum. Inħobbu ħafna.” 

    Is-Sinjura Reyes, li għandha 61 sena, qalet li meta welldet l-infermiera tal-isptar qalu li t-tifel tagħha Travis kellu probabilità li ma jgħix u qalulha li miet ftit sigħat wara. 

    Is-Sinjura Reyes qalet li qatt ma rat il-ġisem tat-tifel tagħha jew irċeviet ċertifikat tal-mewt. Fil-fatt it-tifel ġie mrobbi minn familja f'Tacoma, Washington.

    La Travis u lanqas il-ġenituri adottivi tiegħu ma kienu jafu x'kien ġara lilu. Meta kellu 40 sena, beda juża l-internet biex ifittex lill-ġenituri bijoloġiċi tiegħu u permezz ta’ hekk fl-aħħar seta’ jgħannaq lill-ommu.